Fiċ-ċirkostanzi straordinarji li ninsabu fihom qed naraw solidarjeta’ qawwija minn kull naħa lejn is-servizzi tas-saħħa u dawk dixxiplinati.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kif mistenni li jagħmel fʾdawn il-mumenti, qed jassisti fejn hu meħtieġ. Dan qed jagħmlu billi:
- organizza ċentru ta’ ħarsien għal matul il-jum għat-tfal sa 16-il sena ta’ uffiċċjali fil-qasam tas-saħħa u tal-intern ġewwa l-iskola primarja ta’ San Ġwann,
- Ikkollabora mad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili biex dan tal-aħħar organizza stazzjoni fl-iskola sekondarja ta’ Ħad Dingli,
- Sellef ukoll waħda mill-kċejjen industrijali ġewwa l-iskola ta’ Ħal-Kirkop, li għadu kif bena fl-iskejjel sekondarji bħala parti minn My Journey u fejn qed jissajru ikliet b’xejn lil uffiċjali fis-servizzi tas-saħħa u tal-korpi dixxiplinati,
- sellef u rama madwar 60 3D printers fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar B biex jinħadmu face shields għal Mater Dei,
- u ser ikun qed jislef l-iswali tal-iskola primarja ta’ San Ġiljan u tal-iskola sekondarja tal-Imrieħel biex jintużaw bħala stores.