Għan nobbli mingħand The Store (P.Cutajar) lill-istudenti li jattendu l-programm ġewwa l-Learning Support Centers (LSC)s:
Konna waqt il-laqgħa li nagħmlu kull Ġimgħa online mal-koordinaturi taċ-Ċentri, Resource Worker flimkien mal-Assistenta Direttur u mall-Uffiċjal Edukattiv rispettivi minn National School Support Services, meta ħriġna bl-ideja biex nagħtu sorpriża ħelwa lill-istudenti li jattendu fiċ-Ċentri rispettivi tagħna, f’dawn il-mumenti xejn feliċi u straordinarji li d-dinja tinsab għaddejja minnhom. Ċempilna lil The Store (P.Cutajar) u mingħajr ebda tlaqliq ta’ xejn tana donazzjoni ta’ 35 bajda tal-Għid. B’kollaborazzjoni bħala tim qassamna dawn il-bajd tal-Għid fid-djar, istituzzjoni u saħansitra kien hemm min ġie għaliha fiċ-Ċentru!
Ilbieraħ, dan il-ġest nobbli żgur mhux forsi nissel tbissima fuq wiċċ l-istudenti tagħna kif qed naraw f’wħud mir-ritratti.