Donazzjoni mill-istudenti tal-Agribusiness lil Community Chest Fund
Dawn il-prodotti li qed taraw huma kampjun tal-istudju u x-xogħol prattiku tal-istudenti tal- Agrikummerċ fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju. Dawn l-istudenti xtaqu li din il-bejgħa tingħata b’donazzjoni lill-Community Chest Fund bħala ġest ta’ solidarjetà mal-familji fil-bżonn.
Dan is-suġġett jitlob li l-istudenti jigħallmu japplikaw b’mod prattiku l-għarfien tax-Xjenza (il-Fiżika, il-Kimika u l-Bijologija), l-għarfien tat-Teknoloġija, u l-għarfien tal-Principji tal-Intrapriża. Parti mill-evalwazzjoni ta’ x’jitgħallmu l-situdenti hija l-kwalità u l-varjetà tal-prodotti li jiżirgħu u jaħsdu, u l-ħut u l-annimali li jrabbu.
Donation from Agribusiness students to Community Chest Fund
These products are a sample of the study and practical work of the students of Agribusiness in the secondary school of Ħandaq within St. Ignatius College. This sale was intended to be donated to the Community Chest Fund as a gesture of solidarity with families in need.
This topic calls for students to learn to apply in a practical way the knowledge of Science (Physics, Chemistry and Biology), the knowledge of Technology, and the knowledge of the Principles of Enterprise. Part of assessing what students learn is the quality and variety of products they sow and harvest, and the fish and animals they raise.