Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda websajt ġdida https://teleskola.mt li tipprovdi mijiet ta’ lezzjonijiet u temi marbuta mas-sillabu tal-iskejjel. Hemm madwar 1000 lezzjoni kif ukoll sessjoni oħra jisimha Just for Fun Activities b’materjal għall-istudenti kollha mill-Kinder sas-Sekondarja.
Il-portal se jkun wieħed attiv li jinbidel ta’ spiss u li jikber bl-għajnuna ta’ ħafna edukaturi. Grazzi speċjali lid-Dipartiment tal-ICT fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar talli ħoloq, għamel il-coding u pprovda s-sapport tekniku għal din il-websajt.
Launched teleskola.mt
The Ministry of Education and Employment has launched a new website https://teleskola.mt which provides hundreds of lessons and topics related to the school syllabus. There are about 1000 lessons as well as another session called Just for Fun Activities with material for all students from Kinder to Secondary schools.
The portal will be an active one that changes frequently and grows with the contribution of many educators. Special thanks to the ICT Department within the Directorate for Learning and Assessment Programs for creating, coding and providing technical support for this website.