Bħala parti mill-iżvilupp u t-taħriġ, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, permezz tad-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Transversali qed jerġa’ jorganizza taħriġ dwar l-użu tal-MS TEAMS b’rabta mat-tagħlim.
Is-sessjonijiet, ta’ madwar siegħa u nofs, se jsiru onlajn bejn it-Tnejn 3 t’ Awwissu 2020 u t-Tnejn, 10 t’Awwissu 2020.
Hemm sessjonijiet speċifiċi għall-mexxejja tal-iskejjel, għall-għalliema, Learning Support Educators (LSEs), ġenituri u studenti. Il-parteċipanti jingħataw iċ-ċans ukoll biex jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom u jingħataw it-tagħrif meħtieġ.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa fuq:
L-iskeda tat-taħriġ hija kif ġej:
Għall-Edukaturi fi Rwol ta’ Tmexxija | ||
Medji u Sekondarji | Il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju | 9am |
Snin Bikrin u Primarja | L-Erbgħa, 5 t’Awwissu | 11am |
Għalliema u LSEs | ||
Snin Bikrin u Primarja | L-Erbgħa, 5 t’Awwissu | 9am |
Medji u Sekondarji | L-Erbgħa, 5 t’Awwissu | 10am |
Ġenituri ta’ Studenti | ||
Snin Bikrin u Primarja (bil-Malti) | It-Tnejn, 3 t’Awwissu | 9am |
Snin Bikrin u Primarja (bl-Ingliż) | It-Tnejn, 3 t’Awwissu | 11am |
Medji u Sekondarji (bil-Malti) | It-Tnejn, 3 t’Awwissu | 10am |
Medji u Sekondarji (bl-Ingliż) | It-Tlieta, 4 t’Awwissu | 10am |
Studenti | ||
Snin Bikrin u Primarja (bil-Malti) | It-Tlieta, 4 t’Awwissu | 9am |
Snin Bikrin u Primarja (bl-Inġliż) | It-Tlieta, 4 t’Awwissu | 11am |
Medji u Sekondarji (bil-Malti) | Il-Ħamis, 6 t’Awwisu | 10am |
Medji u Sekondarji (bl-Ingliż) | Il-Ġimgħa, 7 t’Awwissu | 10am |