EducationMinistry for Education and EmploymentTechnology

Taħriġ għall-Edukaturi, Studenti u Ġenituri fl-użu tal-Microsoft TEAMS

Bħala parti mill-iżvilupp u t-taħriġ, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, permezz tad-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Transversali qed jerġa’ jorganizza taħriġ dwar l-użu tal-MS TEAMS b’rabta mat-tagħlim.

Is-sessjonijiet, ta’ madwar siegħa u nofs, se jsiru onlajn bejn it-Tnejn 3 t’ Awwissu 2020 u t-Tnejn, 10 t’Awwissu 2020.

Hemm sessjonijiet speċifiċi għall-mexxejja tal-iskejjel, għall-għalliema, Learning Support Educators (LSEs), ġenituri u studenti. Il-parteċipanti jingħataw iċ-ċans ukoll biex jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom u jingħataw it-tagħrif meħtieġ.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa fuq: https://bit.ly/TEAMSwebinar

L-iskeda tat-taħriġ hija kif ġej:

 

Għall-Edukaturi fi Rwol ta’ Tmexxija
Medji u Sekondarji Il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju 9am
Snin Bikrin u Primarja L-Erbgħa, 5 t’Awwissu 11am

 

Għalliema u LSEs
Snin Bikrin u Primarja L-Erbgħa, 5 t’Awwissu 9am
Medji u Sekondarji L-Erbgħa, 5 t’Awwissu 10am

 

Ġenituri ta’ Studenti
Snin Bikrin u Primarja (bil-Malti) It-Tnejn, 3 t’Awwissu 9am
Snin Bikrin u Primarja (bl-Ingliż) It-Tnejn, 3 t’Awwissu 11am
Medji u Sekondarji (bil-Malti) It-Tnejn, 3 t’Awwissu 10am
Medji u Sekondarji (bl-Ingliż) It-Tlieta, 4 t’Awwissu 10am

 

Studenti
Snin Bikrin u Primarja (bil-Malti) It-Tlieta, 4 t’Awwissu 9am
Snin Bikrin u Primarja (bl-Inġliż) It-Tlieta, 4 t’Awwissu 11am
Medji u Sekondarji (bil-Malti) Il-Ħamis, 6 t’Awwisu 10am
Medji u Sekondarji (bl-Ingliż) Il-Ġimgħa, 7 t’Awwissu 10am

14 Comments

  • Marianne Spiteri Spadaro says:

    Nixtieq napplika ghas-seminar tal-Ghalliema u LSEs:
    Medji u Sekondarji L-Erbgħa, 5 t’Awwissu 10am

    • The Office of the Permanent Secretary says:

      Jekk jogħġbok applika fuq il-formola fil-link li ngħata

  • Josianne Farrugia says:

    Il hinijiet mhux qedin tajbin ghal min jahdem

    • The Office of the Permanent Secretary says:

      There will be other sessions and we’ll have some in the evening too. These sessions will be recorded to view at your suitable time.

  • Dior muscat says:

    Can my son join thus sessions please next year form3

    • The Office of the Permanent Secretary says:

      Yes, Student Middle and Secondary years

  • Karen Weening Attard says:

    Can you please do one for parents in the afteronoon or eve as we have to work too

    • The Office of the Permanent Secretary says:

      There will be other sessions and we’ll have some in the evening too. These sessions will be recorded to view at your suitable time.

  • Anna grech says:

    Would like to apply for the kindergarten as a teacher.

    • The Office of the Permanent Secretary says:

      There will be other sessions and we’ll have some in the evening too. These sessions will be recorded to view at your suitable time.

    • The Office of the Permanent Secretary says:

      Yes Teacher Early Years

  • Anna grech says:

    Always willing to learn more.

  • Denise Galea says:

    Nixtieq. Naghmel course ta snin bilfors jiena Linder 2 nghallem

    • The Office of the Permanent Secretary says:

      Tista’ tapplika bħala għalliema tas-snin bikrin