Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 se jittella’ kif pjanat oriġinarjament bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru – iżda din is-sena l-attivitajiet se jkunu qed jixxandru f’edizzjoni speċjali online.
Il-programm speċjali għall-istudenti jinkludi attivitajiet kulturali u divertenti fosthom wirjiet teatrali, qari u laqgħat ma’ kittieba mistednin. Ix-xows teatrali, ibbażati fuq kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u l-Adolexxenti (Terramaxka) huma bil-Malti u se jkunu ppreparati minn tim ta’ atturi professjonali.
Dawk l-iskejjel u l-għalliema interessati li jipparteċipaw fil-Festival huma mħeġġa jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom, li tinsab mehmuża flimkien maċ-ċirkolari.
Kull għalliem għandu jirreġistra l-klassi tiegħu billi jimla l-informazzjoni mitluba fl-excel sheet mehmuża hawnhekk, fosthom xi kummenti.
Dis-sena se jingħata vawċer ta’ €5, li se jintbagħat lil kull student li jkun irreġistrat għall-Festival.
Malta Book Festival 2020 online – application and Student registration sheet