Il-bieraħ is-Sinjura Lei Bud, Ċiniża li tgħix Malta u li għandha mħabba kbira għall-poplu Malti, ippeżentat lill-Ministeru 6,000 maskra biex issa jitqassmu lill-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat.
Hi kienet studenta fi skola sekondarja, post-sekondarja tal-Istat u l-MCAST.
Għamlet dan il-ġest bħala apprezzament għal dak kollu li qed jagħmlu l-edukaturi tagħna, li huma wkoll front liners, f’dan il-perjodu straordinarju fi żmien il-pandemija.
Grazzi mill-qalb!