Fil-Ġimgħa Ewropea għall-Immaniġġjar u t-Tnaqqis tal-Iskart (mill-21 sad-29 ta’ Novembru), il-membri tal-Kunsill tal-Istudenti tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel fil-Kulleġġ ta’ Santa Tereża, staqsew lil 250 student u studenta ta’ bejn it-13 u l-15-il sena biex jevalwaw x’għarfien għandhom dwar l-immaniġġjar tal-iskart.
Jaden u Megan mill-Kunsill tal-Istudenti, għaddejjin bil-preparamenti, flimkien mas-Sur Camenzuli, is-Sur Schembri u s-Sa Conti fejn qed janalizzaw is-sondaġġi b’rabta mal-Ġimgħa Ewropea għall-immaniġġjar tal-iskart. Issa qed jaħdmu fuq filmat qasir sabiex jippreżentawhom lill-iskola, u lill-pubbliku.
Dan huwa x’wieġbu dawk li ħadu sehem fis-sondaġġ.
https://www.facebook.com/Saint-Theresas-College-Mrie%C4%A7el-Students-Council-307433533432519/