Xahar ilu l-Ministeru għall-Edukazzjoni nieda lezzjonijiet irreġistrati onlajn permezz tal-websajt teleskola.mt. Il-websajt, ta’ kuljum rat żieda kostanti fil-viżitaturi, fil-lezzjonijiet mogħtija u fir-riżorsi ta’ tagħlim offruti. Teleskola bħalissa qed taqdi ‘l fuq minn 45,000 student kull xahar, b’firxa ta’ aktar minn kwart ta’ miljun paġna u ‘l fuq minn 5,000 siegħa ta’ lezzjoni onlajn, kull xahar. Bħalissa Teleskola.mt għandha aktar minn 3,500 riżorsa ta’ tagħlim għal kull suġġett u kull livell u ‘l fuq minn 2,100 lezzjoni rreġistrata li qed jiżdiedu kuljum. Nixtiequ nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzjaw lill-edukaturi kollha li kuljum joħolqu u jirrekordjaw lezzjonijiet għall-benefiċċju tal-istudenti tagħna.

Jekk inti edukatur li tixtieq tirrekordja xi lezzjonijiet bi ħlas, agħmel kuntatt mas-Sur Louis Scerri (Assistent Direttur) fuq [email protected] jew 25982727.

 

A month ago the Ministry for education and employment has embarked on offering online recorded lessons through teleskola.mt, the primary education website in Malta. The website has seen a steady daily increase in visitors, lessons delivered and learning resources offered. Teleskola is currently serving over 45,000 learners every month with over a quarter of a million pages served and over 5,000 hours of online lesson time served per month. Currently Teleskola has over 3500 learning resources for every subject and every level and over 2100 recorded lessons which are increasing on a daily basis. We would like to take this opportunity to all the educators who are creating and recording lessons every day for the benefit of our students.

If you are an educator and would like to record a lesson against payment kindly contact Mr Louis Scerri (Assistant Director) on [email protected] or 25982727.