Il-Kap tal-iskloa Primarja tar-Rabat fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola, is-Sa. Antonella Ferrante, intervistat żewġ ġenituri li it-tfal tagħhom jattendu f’din l-iskola. Dawn il-ġenituri urew l-apprezzament tagħhom għall-mod ta’ kif qed timxi l-iskola waqt il-pandemija tal-Covid-19 u ħeġġew lill-ġenituri u l-gwardjani li għadhom inċerti jekk jibgħatux lit-tfal tagħhom l-iskola sabiex huma wkoll iħallu lil uliedhom jattendu.