EducationMinistry for Education

Tiftaħ il-Kompetizzjoni għal “L-Istrina BOV Piggy Bank”

Għalkemm għadna għaddejjin minn żmien ta’ inċertezza, il-preparamenti għall-edizzjoni tal-kampanja “L-Istrina BOV Piggy Bank” ta’ din is-sena diġà bdew. Għaldaqstant, nistiednu lit-tfal kollha sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tat-tpinġija li qed inniedu sabiex jintgħażlu d-disinji għall-karusijiet, li din is-sena se jerġgħu jkunu magħmulin minn kartun riċiklat. It-tema tal-kompetizzjoni, li se tiftaħ it-triq għal L-Istrina 2021, hija “Infittxu dak li jgħaqqadna”.

It-tfal jistgħu jieħdu sehem, individwalment jew anki fi gruppi, billi jibagħtu t-tpinġijiet oriġinali tagħhom fuq karta bajda A4 sat-30 ta’ April 2021 f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni L-Istrina BOV Piggy Bank, The Malta Community Chest Fund Foundation, Il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta VLT 1115. Filwaqt li m’għandha ssir l-ebda kitba fuq il-karta tat-tpinġija rispettiva, fuq karta separata għandhom jitniżżlu l-isem, l-indirizz postali, l-isem tal-iskola, in-numru tat-telefown, u l-indirizz elettroniku tal-parteċipant.

Kull min jixtieq iktar tagħrif jew għandu xi mistoqsijiet jista’ jibgħat email fuq [email protected] jew inkella jċempel fuq in-numru 22053317.

 

Although we are still going through a time of uncertainty, preparations for this year’s ‘L-Istrina BOV Piggy Bank’ campaign are already under way. Therefore, all children are invited to participate in the drawing competition we are launching in order to select the designs for the piggy banks, which this year will once again be made of recycled cardboard. The theme of the competition, which will pave the way for L-Istrina 2021, is Seeking what unites us.

Children can participate, individually or in groups, by sending their original drawings on A4 white paper by 30th April 2021 to the following address: Kompetizzjoni L-Istrina BOV Piggy Bank, The Malta Community Chest Fund Foundation, Il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta VLT 1115. While no writing should be done on the respective drawing paper, the participant’s name, postal address, school name, telephone number, and email address should be written on a separate sheet of paper.

Anyone who would like more information or have any questions can send an email to [email protected] or call on 22053317.