EducationMinistry for Education

Gwida għall-Ġenituri dwar it-Tagħlim Onlajn

Gwida għall-Ġenituri dwar it-Tagħlim Onlajn u l-perjodu li matulu l-iskejjel ser ikunu magħluqin

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jippubblika linji gwida dwar it-tagħlim onlajn li ser ikun qiegħed isir minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Marzu 2021 fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji. Din il-gwida qed issir f’forma ta’ mistoqsija u tweġiba, bil-Malti u bl-Ingliż,  għall-ġenituri/gwardjani tat-tfal tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji.

Il-Ministeru jiġbed l-attenzjoni li t-tagħlim onlajn ser isir permezz tal-pjattaformi diġitali MS TEAMS u MySchool u t-tagħlim ser isir kuljum skont timetable. It-tagħlim onlajn jinkludi wkoll l-assessjar, il-classwork u l-homework u l-attendenza tat-tfal ser tkun qed tittieħed kuljum.

Linji Gwida bil-Malti

It-Tagħlim Onlajn – Mistoqsija u Tweġiba.pdf

It-Tagħlim Onlajn - Mistoqsija u Tweġiba

Guidelines in English

Online Teaching – Question and Answer.pdf

Online Teaching - Question and Answer