L-applikazzjonijiet għal Skolasajf 2021 jagħlqu fit-2 ta’ Mejju, 2021.
Kull min hu nteressat huwa mitlub jirreġistra sad-data tal-għelqu permezz tas-siti elettroniċi services.fes.gov.mt u servizz.gov.mt. Wieħed jista’ wkoll imur personalment f’waħda mill-hubs ta’ servizz.gov.
Tħejja wkoll video qasir u informattiv fuq kif timla l-applikazzjoni, li jinsab fis-sit https://fes.gov.mt/en/Pages/Skolasajf/how_to_apply.aspx
Din is-sena Skolasajf se tkun mit-12 ta’ Lulju sat-3 ta’ Settembru, 2021
Tfal minn Year 1 ‘l fuq jibdew Skolasajf fit-12 ta’ Lulju 2021 .
Tfal li qedgħin Kinder 1 u Kinder 2 jibdew Skolasajf fit-13 ta’ Lulju 2021.
Waqt li wieħed huwa mħeġġeġ li japplika għas-servizz, Skolasajf tiftaħ skont iċ-ċirkustanzi tal-mument, u skont l-parir mogħti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għaldaqstant mhux se jintalab ħlas meta wieħed japplika. Il-ħlas isir meta s-servizz jiġi kkonfermat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Wieħed jirċievi email biex jiġi nfurmat meta jista’ jipproċedi bil-ħlas.
Last few days to apply for Skolasajf 2021
The closing date for the Skolasajf 2021 service is 2nd May 2021.
Parents and legal guardians wishing to register their children can do so online by visiting the sites services.fes.gov.mt or servizz.gov.mt . One can also apply by visiting one of the servizz.gov hubs. A short video as a guide through the application process is available at https://fes.gov.mt/en/Pages/Skolasajf/how_to_apply.aspx.
This year Skolasajf will operate from 12th July till 3rd September, 2021.
Skolasajf for children from Year 1 and over will start on Monday 12th July 2021
Kinder 1 and Kinder 2 will start on Tuesday 13th July 2021.
While clients are encouraged to apply for the Skolasajf service, it is to be noted that the delivery of the service will depend on the circumstances and on the advice of the Health Authorities, at the time. For this reason, applicants will not be asked to pay the registration fee at the application stage, but when the service commencement is confirmed by the Health Authorities. Clients will be notified via email when they may proceed with the payment.