Il-Lejla Letterarja hija tradizzjoni fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.  Minkejja kull sfida, din is-sena daru maċ-ċirkostanzi preżenti u tellaw verżjoni diġitali ta’ serata letterarja li amalgamat xogħlijiet akkademiċi minn suġġetti varji, mad-dimensjoni sportiva tal-istudenti.

 

Din is-serata kellha elementi live u oħrajn irrekordjati. Ħasbu b’mod differenti u wieħed mill-eżiti pożittivi kien li rnexxielhom jilħqu udjenza ferm akbar mis-soltu. It-tema  kienet Giants u xxandret live fuq https://youtu.be/a5ew9ZhDpD0