Ix-xhur li għaddew kienu ta’ sfida kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-istudenti. Jista’ jkollna edukaturi li esperjenzaw emozzjonijiet u esperjenzi li ma kinux faċli għalihom fosthom ansjetà u biżgħa. Nixtiequ nfakkru lill-impjegati fl-iskejjel tal-Istat li s-servizz ta’ sapport offrut mill-Employee Support Programme (ESP) għadu disponibbli.
L-impjegati li jħossu l-ħtieġa li jirreferu għal dawn is-servizzi ma jiddejqux jagħmlu użu minnhom. Is-servizzi huma kollha offruti b’kunfidenzjalità sħiħa u mingħajr ħlas. L-Employee Support Programme jipprovdi s-servizzi ta’ sapport psikoloġiku kemm permezz ta’ appuntament fl-uffiċini tal-ESP jew online.
Biex tagħmel użu minn dan is-servizz, jekk jogħoġbok ċempel fuq 2200 1210, jew ibgħat email fuq [email protected], jew żur is-sit www.esp.gov.mt. Dan qiegħed isir bħala parti mill-impenn favur il-benesseri tal-edukaturi u tal-istaff, u favur it-tisħiħ tal-professjoni tat-tagħlim.