Uncategorized

Nissoktaw bil-Vjaġġ Flimkien:

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazjoni organizza laqgħa għall-Kapijiet kollha tal-Iskejjel tal-Istat nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru 2021 bis-sehem tad-Dipartimenti u tal-Kulleġġi tal-Istat. Matul din il-laqgħa, wara li ġie ċċelebrat u apprezzat is-suċċess li nkiseb matul is-sena skolastika li għaddiet, ġew introdotti l-Gwida u l-Pariri għall-iskejjel li ppubblikat is-Soprentendenza tas-Saħħa Pubblika fl-istess jum tal-laqgħa (għati l-link tal-gwida). Matul din il-laqgħa reġgħu kienu spjegati l-mizuri kollha li din is-sena kull skola ser terġa’ taddotta u kif ukoll il-mizuri l-ġodda li ser ikunu qed jiddaħħlu. Il-laqgħa inkludiet ukoll breakout sessions fejn il-kapijiet kollha inġabru flimkien skont il-Kulleġġi tagħhom fejn saru l-mistoqsijiet u nagħtaw it-tweġibiet għalihom.