It-tħejjijiet għall-ftuħ tal-iskejjel jissoktaw bla waqfien, inkluż ix-xogħol amministrattiv ġewwa l-uffiċini tal-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Dan biex niżguraw illi bħas-sena l-oħra, l-iskejjel jinfetħhu kulljum u għal kullħadd. Fost it-tħejjijiet qed jiġu stampati u mqassma posters, stickers u materjal ieħor għall-iskejjel bħala parti mill-miżuri preventivi introdotti u mħaddnin fihom.