Grazzi talli kont hemm favur it-tagħlim lill-istudenti kollha
Inħarsu ‘l quddiem lejn sena skolastika ġdida oħra wara li flimkien irnexxielna nitħejjew u niftħu l-iskejjel kollha sa mill-bidu u bqajna bl-iskejjel miftuħin sal-aħħar tas-sena skolastika. Il-pandemija COVID-19 ġabet magħha sfidi ġodda li għarafna nindirizzawhom skont il-bzonn biex it-tagħlim seta’ jibqa’ għaddej kif imiss.
Grazzi talli inti kont hemm fil-ħidma kollettiva favur l-edukazzjoni f’pajjizna. Grazzi talli b’ħarsitna ‘l quddiem, b’impenn favur l-edukazzjoni u t-tagħlim ekwu u ta’ kwalita’ għal kulħadd, Grazzi talli ninsabu għal darb’ oħra flimkien u mħejjijin biex NISSOKTAW BIL-VJAĠĠ FLIMKIEN.