‘Naqraw Flimkien’ hu programm televiżiv maħdum bi sħab bejn il-PBS u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Dan il-programm hu mmirat għal tfal ta’ bejn tliet snin u ħdax-il sena. Fih jinqraw kotba b’mod interattiv li jħajjar lit-tfal jaqraw aktar.  ‘Naqraw Flimkien’ jintwera fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-2:55p.m., b’repetizzjoni nhar ta’ Sibt fit-8:30a.m.