Pubblikament nuru l-apprezzament u niċċelebraw xejra oħra sabiħa u tajba ħafna fis-sistema edukattiva f’Malta, din id-darba b’rabta mal-għarfien u l-impenn tal-istudenti tagħna favur l-ambjent globali u l-problemi li għandna quddiemna.
L-istudenti f’Malta (aktar mill-medja fl-OECD u minn għadd kbir ta’ pajjizi) iqisu li jħossuhom imħejjijin biex jagħmlu xi ħaġa fuq il-problemi fid-dinja u li għalihom importanti li jieħdu ħsieb l-ambjent globali.
Grazzi lil kull minn għndu sehem minn dan is-suċċess ukoll.