Din is-sena, bħas-snin li għaddew, fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex se terġa’ ssir ‘L-Istrina BOV Piggy Bank Campaign’. Bħalissa ninsabu fil-proċess li nippreparaw il-karusijiet biex jibdew jitqassmu fil-ġimgħat li ġejjin.
Matul din il-kampanja, l-iskejjel huma mħeġġa jinvolvu lill-istudenti kollha u jgħinuhom isiru jafu aktar dwar din l-inizjattiva u l-iskop tagħha filwaqt li jrawmu fihom l-importanza li jgħinu lil ħaddieħor. Tul is-snin, The Malta Community Chest Fund Foundation għenet lil bosta familji u l-flus miġbura minn ‘L-Istrina BOV Piggy Bank Campaign’ se jkomplu jgħinu lil dawk li jsibu ruħhom fil-bżonn.
Fil-ġimgħat li ġejjin, uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President se jibdew bit-tqassim tal-karusijiet flimkien ma’ tifkira zgħira. Fil-frattemp, qed jintbagħtilkom messaġġ irrekordjat mis-Sra Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta, biex jintwera lill-istudenti.
Jekk teħtieġu informazzjoni addizzjonali, intom ġentilment mitluba tikkuntattjawni fuq l-indirizz elettroniku tiegħi, [email protected], jew iċċempluli fuq 99450230.
L-Uffiċċju tal-President għal darb’oħra jixtieq jirringrazzja sinċerament lil kull wieħed u waħda minnkom tal-isforz u l-kooperazzjoni tagħkom għas-suċċess ta’ din il-kampanja.