Uncategorized

Ir-Rapport Annwali għall-2021 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippubblika r-Rapport Annwali komprensiv tiegħu għas-sena 2021.

Jekk tħalli barra l-effetti tal-imxija tal-COVID-19, is-sena 2021 kienet immarkata mir-ritorn b’suċċess tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’mod fiżiku, avveniment integrali tal-kalendarju kulturali Malti. Il-Festival sar f’post ġdid u akbar, u sarraf f’imbuttatura ekonomika b’saħħitha u meħtieġa għall-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba. L-2021 ġabet magħha tragwardi ġodda fil-pubblikazzjoni ta’ letteratura Maltija tradotta, u tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-binja tal-Kunsill fi Tri Zekka l-Belt li għad tkun iċ-ċentru nazzjonali Malti tal-kotba.

Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min fl-2021 ħadem qatigħ sabiex iwieżen lix-xena tal-pubblikazzjoni f’Malta minkejja l-isfidi varji tagħha – se nibqgħu nħabirku sabiex ninvestu r-riżorsi kollha tagħna lejn it-tkabbir tagħha.

Hawnhekk tista’ ssib xi dati ewlenin għal fondi, konkorsi u inizjattivi tal-KNK għall-2021.

Ir-Rapport Annwali bil-Malti għall-2021 issibu hawnhekk, jew inkella għall-mowbajl hawnhekk.

Tislijiet,

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

https://ktieb.org.mt/wp-content/uploads/2022/01/0374-%E2%80%93-double-page-Annual-Report-2021-final-MLT.pdf

 

==========================================

Annual Report for 2021

The National Book Council (NBC) is publishing its comprehensive Annual Report for the year 2021.

Notwithstanding the effects of the COVID-19 pandemic, 2021 was marked by the successful return of an in-person Malta Book Festival, once again an integral part of the Maltese cultural calendar. Held at a new and larger venue, the result was a huge and much-needed economic boost for booksellers and publishers alike. 2021 also presented new milestones in the publication of Maltese literature in translation, and continued progress on the restoration of the Council’s premises on Old Mint Street, Valletta, which in a few years’ time will host Malta’s national book centre.

The NBC would like to thank everyone who in 2021 worked hard in support of publishing in Malta despite the many challenges – we remain committed to invest all our resources towards its growth.

Key dates concerning the NBC’s funds, contests and initiatives in 2022 have been published here.

The Annual Report for 2021 in English can be accessed here, and the mobile version here.