Kull sena, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza l-premju tal-Iskejjel Promoturi tal-Kotba. L-għan ta’ dan il-premju huwa li nħeġġu l-iskejjel jorganizzaw attivitajiet biex isaħħu l-litteriżmu u jippromwovu l-qari matul is-sena skolastika. Il-premjijiet jinqasmu fi tliet kategoriji: deheb, fidda u bronż. Il-kategorija tad-deheb tingħata lil dawk l-iskejjel li jifirxu l-attivitajiet tagħhom fuq is-sena skolastika kollha u jinkludu lill-għalliema, l-istudenti u l-ġenituri f’dawn l-attivitajiet. Il-kategorija tal-fidda tingħata lil dawk l-iskejjel li jagħmlu l-almu tagħhom biex iżidu l-attivitajiet relatati mal-kotba u l-qari u jinvolvu l-aktar lill-istudenti. Il-kategorija tal-bronż tingħata lil dawk l-iskejjel li jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom l-aktar fil-ġimgħa tal-Jum Dinji tal-Ktieb. Tingħata wkoll attenzjoni lill-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport tal-attivitajiet li l-iskejjel jibagħtu lill-Aġenzija.
Id-dettalji jinsabu fiċ-ċirkulari DLAP 010 hawn.