EducationMinistry for Education and Sport

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka – Jiftħu l-applikazzjonijiet

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jirċievi s-sottomissjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022 u l-Premju Terramaxka għat-tfal u żgħażagħ (għal kotba ppubblikati fl-2021). Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-ogħla premju letterarju assenjat lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għal kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Titli ppubblikati fl-2021, u sottomessi għall-Premju fi ħdan id-diversi kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka, se jiġu aċċettati skont damma ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà għal kull kategorija. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jiġi evalwat minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti għall-eliġibilità u l-lista t-twila, liema proċess iwassal għall-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ finalisti fis-26 ta’ Lulju. Iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kif ukoll tal-Premju Terramaxka ssir fl-4 ta’ Novembru 2022.

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb qed jilqa’ applikazzjonijiet fi tmien kategoriji għal kotba tal-adulti – Rumanzi, Novelli, Poeżiji, Drama, Letteratura mhux Fittizja, Traduzzjoni, Riċerka Ġenerali, u Riċerka Bijografika u Storjografika; u sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka – Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7, 8–12 u Letteratura għaż-Żgħażagħ, kif ukoll Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7, 8–12, u Letteratura għaż-Żgħażagħ. Il-kategoriji kollha miftuħa għal pubblikazzjonijiet fil-lingwa Maltija u/jew Ingliża bl-eċċezzjoni tal-kategoriji tat-traduzzjonijiet għall-Malti. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jagħti wkoll premjijiet speċjali għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb bl-Isbaħ Dehra, l-Aħjar Awtur Emerġenti, il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, u l-Poeta Lawreat għal rebbieħa ta’ darbtejn tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Poeżija.

Jista’ jingħata premju wieħed biss għal kull kategorija. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jippremja pubblikazzjonijiet li jitqiesu mill-aġġudikanti li għandhom mertu letterarju, kulturali jew akkademiku għoli. Biex ktieb jirċievi l-premju fil-kategorija rispettiva tiegħu għandu jġib daqs jew aktar minn 90% tal-marki. Ma jingħatawx premji f’kategoriji li fihom ebda ktieb finalist ma’ jilħaq dat-tragward.

Il-premjijiet f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, inklużi l-premjijiet speċjali għall-Aħjar Awtur Emerġenti, il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, il-Poeta Lawreat u l-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb bl-Isbaħ Dehra, huma ta’ €4,000. L-unika eċċezzjoni hija l-premju fi flus għall-kategoriji tat-traduzzjoni tal-Premju Terramaxka, li huwa ta’ €2,000.

Ir-regolamenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-formola tal-applikazzjoni u l-kriterji tal-evalwazzjoni jistgħu jiġu aċċessati fuq https://ktieb.org.mt/mt/premju-nazzjonali-tal-ktieb/

L-applikazzjonijiet fl-intier tagħhom, inkluża s-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni onlajn u l-konsenja ta’ 4 kopji tal-ktieb/kotba mdaħħla għall-kompetizzjoni, għandhom jaslu għand il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Marzu 2022 f’nofsinhar – jekk jogħġbok innota li l-perjodu ta’ applikazzjoni huwa iqsar minn kemm ikun is-soltu. Applikazzjonijiet tardivi ma jiġux aċċettati.

Konsenji tal-kotba jintlaqgħu fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mid-09:00 sal-16:30. Għal xi mistoqsijiet ibgħat email lil Michael Mercieca fuq [email protected]

================================================================

National Book Prize and Terramaxka Prize 2022 – Applications are open

The National Book Council is receiving submissions for the 2022 National Book Prize and the Terramaxka Prize for children and young adults (for books published in 2021). The National Book Prize is the highest literary prize assigned to authors, editors, translators, publishers and illustrators for books published in Malta during the preceding year. Titles published in 2021 submitted to the Prize within the various categories of the National Book Prize and Terramaxka Prize will be accepted according to each category’s eligibility criteria. The National Book Prize is evaluated by an independent adjudication board for eligibility and longlisting, which process will lead to the publication of a shortlist on 26 July and the awarding ceremony for both the the National Book Prize and the Terramaxka Prize on 4 November 2022.

The National Book Prize is accepting applications in eight categories for books for adults – Novel, Short Story, Poetry, Drama, Literary Non-Fiction, Translation, General Research, and Biographical and Historiographic Research; and six categories of the Terramaxka Prize – Original Works for Children ages 0–7, 8–12 and Young Adult Literature, as well as Works in Maltese Translation for Children ages 0–7, 8–12, and Young Adult Literature in Maltese Translation. All categories are open to publications in the Maltese and English languages with the exception of categories for translations into Maltese. The National Book Prize also awards special prizes for Best Book Production, Best Emergent Writer, Lifetime Achievement Award, and Poet Laureate to two-time recipients of the National Book Prize for Poetry.

Only one prize may be awarded per category. The National Book Prize awards publications that are judged to have high literary, cultural or academic merit. For a book to receive the prize in its respective category it must exceed the 90% mark. Prizes in categories in which no shortlisted titles reach this threshold are not awarded since the required standard would not have been achieved.

The prize money awarded in each National Book Prize category, including the special prizes for Best Emergent Writer, Lifetime Achievement Award, Poet Laureate and Best Book Production, is €4,000. The only exception is the prize money for the translation categories of the Terramaxka Prize, which is €2,000.

The National Book Prize regulations, application form and evaluation criteria can be accessed at ktieb.org.mt/nationalbookprize/.

Completed applications, including the submission of the online application form and delivery of 4 copies of the books entered for consideration, should reach the National Book Council by not later than 28 March 2022 at noon – please note the shorter than usual application period. Late entries will not be accepted.

Book deliveries are received at the National Book Council offices Mon-Fri from 09:00-16:30. For any queries email Michael Mercieca on [email protected]