L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu permezz tat-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel se tkun qiegħda tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Ktieb matul il-ġimgħa li tibda mit-Tnejn 25 sal-Ġimgħa 29 ta’ April 2022.

Għal dan il-għan l-Aġenzija, permezz tat-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel, bħal kull sena qiegħda torganizza l-kompetizzjonijiet għall-iskejjel primarji, medji u sekondarji. Dawn il-kompetizzjonijiet jitrattaw stejjer, xeni, jew karattri minn kotba letterarji, kemm bil-Malti u bl-Ingliż, u huma maħsuba biex iħajru t-tfal jaqraw il-kotba qabel ma jfasslu u jibagħtu x-xogħol artistiku tagħhom.

Għal aktar dettalji tista’ tara ċ-ċirkolarijiet DLAP 052/2022 u DLAP 054/2022 jew tikkuntattja lis-Sa Michelle Vella permezz ta’ ittra elettronika lil [email protected]  jew billi ċċempel 2598 3306.