EducationIdeasMinistry for Education and Sport

Tirritorna l-kompetizzjoni nazzjonali ‘X’Tixtieq Issir La Tikber?

Is-Servizz Pubbliku jkompli jinvesti fil-ġejjieni

Wara s-suċċess li kisbet is-sena li għaddiet, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qed iniedi t-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni ‘X’Tixtieq Issir La Tikber?’ li se tkun qed tilħaq il-qofol tagħha fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku li se ssir f’Mejju 2022.

Din il-kompetizzjoni tlaqqa’ studenti tal-iskejjel primarji, li qegħdin fir-raba’, fil-ħames u fis-sitt sena, ma’ karrieri diversi li joffri s-Servizz Pubbliku. Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-iskejjel kollha sa nhar it-Tnejn, 11 ta’ April 2022, f’nofsinhar. Permezz ta’ din il-kompetizzjoni b’rigali sbieħ, it-tfal minn età żgħira jibdew jaħsbu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Għal din is-sena, it-tfal huma mistiedna joħolqu tpinġijiet, kitbiet, ritratti, jew filmati qosra billi jimmaġinaw x’jixtiequ jsiru la jikbru u x’karriera fis-Servizz Pubbliku jixtiequ jsegwu. Dawk li jieħdu sehem jiġu mistednin iqattgħu ġurnata xogħol ma’ uffiċjal pubbliku fil-karriera rispettiva indikata mit-tfal stess. Is-sottomissjonijiet se jiġu esposti f’wirja diġitali bix-xogħol ta’ kull tifel u tifla, bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2022.

Hemm numru sabiħ ta’ premjijiet abbinati ma’ din il-kompetizzjoni, fosthom tablets, cameras u vouchers li jissarrfu f’biljetti għall-familja kollha fl-Akwarju Nazzjonali u fil-ħanut online ta’ Heritage Malta.

Id-dettalji kollha, inklużi r-regolamenti tal-kompetizzjoni, jistgħu jiġu aċċessati minn fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Servizz Pubbliku jew mis-sit https://publicservice.gov.mt/mt/Pages/Home.aspxmt

_______________________________________________________________

The national competition ‘X’Tixtieq issir la Tikber?’ returns

Following last year’s success, the Office of the Principal Permanent Secretary is launching the second edition of the ‘X’tixtieq issir la Tikber?’ competition, which will be culminating in the Public Service Week in May 2022.

This competition introduces primary school pupils, who are in the fourth, fifth and sixth years, to various careers offered by the Public Service. The competition is open to all schools until Monday 11 April 2022 at noon. Through this competition, children from an early age start thinking about their aspirations.

This year, children are invited to create drawings, writings, photographs or short videos by imagining what they would like to be when they grow up and what career in the Public Service they would wish to pursue. Participants will then be invited to spend one day with a public officer in the career area of their choice. Submissions will be displayed in a digital exhibition, showcasing each child’s work, as part of Public Service Week 2022.

There are superb prizes linked to this competition, including tablets, cameras and vouchers that can be used for family tickets at the National Aquarium and Heritage Malta online shop.
All details, including competition regulations, can be accessed on the Public Service Facebook page or https://publicservice.gov.mt/mt/Pages/Home.aspxmt