Uncategorized

Ir-Rapport Annwali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għall-2021

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għadha kif ippubblikat ir-rapport annwali tagħha għall-2021.

Minkejja r-restrizzjonijiet tal-pandemija COVID-19, l-Aġenzija baqgħet għaddejja bil-ħidma sfiqa tagħha sabiex tippromwovi l-ħiliet tal-litteriżmu u xxerred dawk il-prattiki li jsaħħu l-istess ħiliet. Fost il-ħidmiet tagħha l-Aġenzija toffri programmi li jħeġġu l-imħabba għall-qari u l-kitba, u programmi ffukati fuq dawk it-tfal li I-aktar isibuha diffiċli jaħkmu I-ħiliet bażiċi tal-litteriżmu.         L-Aġenzija toħloq, tippubblika u tqassam riżorsi li jgħinu fil-kisba tal-ħiliet tal-litteriżmu, u tassisti lil-libreriji tal-iskejjel biex jaqdu I-funzjoni tagħhom bl-aħjar mod possibbli.

L-Aġenzija tixtieq tirringrazzja lill-impjegati tagħha li b’tant dedikazzjoni jħabirku biex jintlaħqu I-għanijiet tagħha u lil dawk kollha li jikkollaboraw magħha biex tkun tista’ twettaq ħidmitha fost oħrajn il-kapijiet tal-iskejjel, I-edukaturi, iI-ġenituri/kustodji tat-tfal, u l-istudenti kollha.

Ir-Rapport Annwali għall-2021 issibu hawn.

Għal aktar informazzjoni dwar I-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, tista’ tfittex fuq

www.education.gov.mt/nla.

 

The National Literacy Agency Annual Report for 2021

 The National Literacy Agency has published its Annual Report for 2021.

Throughout the COVID-19 pandemic, the Agency endeavoured to continue exercising its mission to promote literacy skills and practices. The Agency organises programmes that promote the love of reading and writing, focused support to children who find it difficult to learn basic literacy skills, the production, publication and distribution of literacy resources, and the support of school libraries to carry out their mission in the best possible way, among other programmes.

The Agency would like to thank all its staff for their dedication to help achieve its mission, as well as all those who collaborate in its endeavours, including heads of school, other school educators, parents/guardians, and students.

The Annual Report for 2021 is available here.

More information on the National Literacy Agency is available here: www.education.gov.mt/nla.