EducationMEYRNational Literacy Agency

Riżorsi lill-Edukaturi miċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu “Ġmiel il-Qari” fil-Ħamrun

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu f’Malta “Ġmiel il-Qari” fil-Ħamrun, qiegħed joffri li jittieħdu r-riżorsi li jissellfu l-edukaturi, fl-iskola jew id-dar tagħhom. Dan is-servizz jingħata tul is-sena kollha, inkluż ix-xhur tas-sajf.

It-talba għas-self issir permezz ta’ ittra elettronika li fiha jridu jingħataw id-dettalji ta’ min se jissellef u ritratt ċar tal-karta l-ħamra ta’ Malta Libraries (min m’għandux jista’ juża l-karta tal-identità tiegħu), u d-dettalji tar-riżorsi mixtieqa. Biex tkunu tafu x’riżorsi hemm fiċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu idħlu f’din il-ħolqa https://educationservices.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/Literacy-Resource-Centres.aspx fejn wieħed jista’ jsib il-katalgu taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu.

Min jixtieq jikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jistaqsi fuq iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ Malta jista’ jagħmel dan billi jibgħat ittra elettronika fuq [email protected] jew bit-telefown fuq 2598 3317.

 

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu ta’ Malta jkun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:

 

Fis-sajf (16 ta’ Ġunju-30 ta’ Settembru)

 

 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08.00 sas-13:00

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu f’Ta’ Sannat, Għawdex għal dan is-sajf mhux se jkun miftuħ minħabba li se jkun hemm xi xogħol għaddej biex jitmexxa ċ-Ċentru għal post ġdid. Sadanittant, edukaturi minn Għawdex li jixtiequ jisselfu xi kotba miċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu tal-Ħamrun, jistgħu jikkuntattjaw lil-librara fuq l-indirizz elettroniku u t-telefon mogħtija hawn fuq.

 Nixtiequ nfakkrukom li huwa illegali li persuna tissellef kotba b’karta tal-identità jew bil-karta ta’ Malta Libraries ta’ ħaddieħor mingħajr il-permess bil-miktub ta’ dik il-persuna.

 

Resources for Educators from the Literacy Resource Centre, “Ġmiel il-Qari”, Ħamrun

The Literacy Resource Centre “Ġmiel il-Qari” in Ħamrun, Malta, offers to bring the resources borrowed by educators from this Centre to their schools or homes. The loans can be done through an email where the borrowers give their details, and a clear photo of the red borrowing card from Malta Libraries, and those who do not have this card can utilise the borrower’s ID card and the details of the desired resources. One can enter this link to know what resources the Literacy Resource Centres hold https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/Literacy-Resource-Centres.aspx where one can find the catalogues of the Literacy Resource Centres.

If you want to contact the National Literacy Agency to learn more about the Resource Centre in Malta, you can email us at [email protected] or by telephone at 2598 3317.

 

The Literacy Resource Centre in Malta opens on the days and times below:

 

Summer (16th June-30th September)

Monday to Friday

from 8.00 till 13.00

This summer, the Literacy Resource Centre in Ta’ Sannat, Gozo, will not function since works are planned to move the Centre to another location. Meanwhile, educators from Gozo wishing to borrow books from the Literacy Resource Centre in Ħamrun can contact the librarians at the email address and telephone listed.

We want to remind you that it is illegal for a person to borrow books with another person’s ID card or Malta Libraries card without that person’s written consent.