EducationNational Literacy Agency

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu, il-Ħamrun

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi pjaċir tħabbar li ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu fil-Ħamrun, se jkun miftuħ għall-professjonisti kollha (għalliema tal-klassi, LSTs, għalliema kumplimentari, LSEs, KGEs eċċ.) u l-ġenituri li wliedhom ikunu qegħdin jieħdu sehem f’xi programm tal-litteriżmu (servizz kumplimentari, Reading Recovery, Nwar, eċċ.) li jixtiequ jissellfu riżorsi tal-litteriżmu fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:

 

 

Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju)

It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis, u l-Ġimgħa  mit-8.00 sal-16.00
L-Erbgħa mit-8.00 sas-18.30

Iċ-ċentru qiegħed ħdejn iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, il-Ħamrun u fih issibu għażla wiesgħa ta’ riżorsi tal-litteriżmu bil-Malti u bl-Ingliż miġbura bil-għan li jgħinu lil dawk li jaħdmu f’dan il-qasam fix-xogħol tagħhom.

Min jixtieq jikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jistaqsi fuq iċ-Ċentru tar-Riżorsi fil-Ħamrun jista’ jagħmel dan billi jibgħat ittra elettronika lil [email protected] jew iċempel 2598 3317. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-post il-ġdid taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu f’Għawdex se jitħabbru aktar ’il quddiem.

L-assistenti librara tal-Aġenzija jwasslu lill-edukaturi r-riżorsi mislufa fl-iskola jew id-dar tagħhom, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Is-self jista’ jsir b’telefonata li fiha jingħataw id-dettalji ta’ min ikun se jissellef ir-riżorsi. Biex tkunu tafu x’riżorsi hemm fiċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu idħlu f’din il-ħolqa – https://educationservices.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/LiteracyResourceCentres.aspx

Hemm wieħed isib il-katalgu taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu.