EducationIdeasMEYR

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jiġbor fondi b’risq is-Soup Kitchen OFM Valletta.

Għal darb’oħra, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza il-quddiesa tal-Milied.

Il-ġabra li saret matul din il-quddiesa ammontat għal €100 u din is-somma sabiħa ngħatat lis-Soup Kitchen OFM Valletta. Din l- organizzazzjoni taħdem qatigħ biex tipprovdi ikliet, servizzi, sapport, u sens ta’ dinjita’ lill-persuni li jinsabu fil-bżonn.