EducationMEYRNational Literacy Agency

Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi

X’hemm aħjar minn intervista lil plejer tal-futbol Malti bħala spunt għall-kitba kreattiva u riflessjoni!

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Spiritual Development in Schools u ċ-Ċentru tal-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport, ħadmu flimkien sabiex nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Mejju 2024 tittella’ s-sitt sessjoni tal-programm ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi/With Reading and Writing I find a Beloved Space’ fiċ-Ċentru tal-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport, tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-Ħamrun.

Ħajr lil Rowen Muscat, plejer tal-futbol Malti li jilgħab mat-tim nazzjonali, talli qasam mal-istudenti u l-ġenituri/kustodji pariri siewja dwar il-qari, il-kitba u l-ħajja ta’ sportiv.