EducationIl-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK)MEYR

Riżorsi lill-Edukaturi miċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu

Iċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu jwasslu r-riżorsi mislufa mill-edukaturi fl-iskola jew id-dar tagħhom kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. L-edukaturi huma mitluba jagħmlu t-talba tas-self tagħhom b’ittra elettronika u fiha jagħtu d-dettalji tagħhom u tar-riżorsi mixtieqa. Mal-ittra elettronika għandu jkun anness ritratt jintgħaraf tal-karta l-ħamra ta’ Malta Libraries jew, għal min m’għandux, tal-karta tal-identità.

Biex tara r-riżorsi disponibbli fiċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu, agħfas fuq din il-ħolqa: https://nla.gov.mt/literacy-resource-centres/ fejn tkunu tistgħu taraw il-katalgi.

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu ta’ Malta ( [email protected] ) 2598 3317) jkun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:

Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa

mit-08:00 sal-16:00

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu fl-Iskola Primarja tax-Xagħra, f’Għawdex

( [email protected] ) 2598 8725) ikun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:

Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju) It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mis-13:00 sas-14:30
Il-Ħamis mis-13:00 sal-16:00
Is-Sibt mid-09:30 sal-11:30