Bejn Jannar u April, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat il-klabb tad-drama u l-irrakkontar tal-istejjer ‘Nirreċtaw Ħrejjifna’ wara l-ħin tal-iskola għal tfal tal-ħames u tas-sitt sena tal-primarja. L-għan tal-klabb hu li nħeġġu lill-parteċipanti jiżviluppaw il-ħiliet tad-drama, tal-lingwa u tal-komunikazzjoni, filwaqt li jesprimu l-kreattività u l-emozzjonijiet tagħhom permezz ta’ logħob multisensorjali bbażat fuq il-ħrejjef. F’dan iċ-ċiklu kien hemm żewġ gruppi u s-sessjonijiet kienu mifruxa fuq għaxar ġimgħat. Is-sessjonijiet tal-grupp tat-Tnejn saru bl-Ingliż filwaqt li s-sessjonijiet tal-grupp tal-Ħamis saru bil-Malti. L-Aġenzija se tkun qiegħda toffri dan il-klabb matul ix-xhur is-sajf għal dawk l-istudenti li ma jkunux ipparteċipaw. Min ikun irid aktar tagħrif hu mħeġġeġ jibgħat ittra elettronika fuq [email protected] jew iċempel 25983324.