L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, organizzat attività oħra mis-sensiela Xalati ta’ Kitba, din id-darba fl-ambjent storiku u uniku tal-Ġgantija f’Għawdex.
Matul din l-attività, it-tfal, akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom, kellhom l-opportunità jiskopru aktar dwar il-Ġgantija u dwar il-ħajja tal-antenati tagħna eluf ta’ snin ilu. Permezz ta’ tagħrif dwar dan is-sit preistoriku, huma setgħu jimmaġinaw aħjar kif setgħet kienet il-ħajja ta’ dawk li għexu f’dan il-perjodu.
Din l-esperjenza serviet ukoll ta’ ispirazzjoni għal diversi attivitajiet ta’ kitba kreattiva. It-tfal ġew imħeġġa josservaw, jimmaġinaw u jirriflettu dwar il-passat u b’hekk iwasslu l-ħsibijiet u l-ideat tagħhom permezz tal-kitba. B’dan il-mod, l-istorja u l-kitba ngħaqdu flimkien f’esperjenza ta’ tagħlim interessanti għall-familja kollha.
Ix-Xalati ta’ Kitba juru kif il-kitba tista’ tmur lil hinn mill-klassi u tintrabat ma’ esperjenzi reali, mal-istorja u mal-wirt kulturali tagħna. Kienet tassew esperjenza sabiħa li permezz tagħha l-istorja ħadet il-ħajja bil-qawwa tal-immaġinazzjoni u l-kitba.
Fl-aħħar tal-attività kull student ingħata ktieb bħala tifkira, ġentilment mogħti minn Merlin Library.
Family Writing Activity at Ġgantija, Gozo
The National Literacy Agency, in collaboration with Heritage Malta, organised another Family Writing Activity, this time in the unique and historic setting of Ġgantija in Gozo.
During the activity, the children, accompanied by their parents, had the opportunity to discover more about Ġgantija and the lives of our ancestors thousands of years ago. Through information about this prehistoric site, they were able to gain a better understanding of what life might have been like for the people who lived during that period.
The experience also served as inspiration for a variety of creative writing activities. The children were encouraged to observe, imagine and reflect on the past, and to express their thoughts and ideas through writing. In this way, history and writing came together to create an engaging learning experience for the whole family.
The Family Writing Activities demonstrate how writing can extend beyond the classroom and connect with real-life experiences, history and our cultural heritage. It was a truly memorable experience through which history was brought to life through the power of imagination and writing.
At the end of the activity, each student received a book as a keepsake, kindly donated by Merlin Library.







