L-Għalliema għall-Gwida tal-Karrieri fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel (NSSS) ħejjew materjal informattiv, bil-għan li jgħinu lil studenti tal-Yr 11 jagħmlu l-għażla tagħhom wara li jlestu l-edukazzjoni sekondarja. Dawn ir-riżorsi jvarjaw minn kif wieħed japprezza aktar il-kwalitajiet li għandu, sal-prospetti tal-istituzzjonijiet post-sekondarji. Għalkemm dan il-materjal hu mmirat għall-istudenti, dan jista’ jservi wkoll ta’ għajnuna għall-ġenituri u għall-professjonisti f’dan il-qasam, li jixtiequ jkunu attrezzati aħjar sabiex ikunu jistgħu jagħtu għajnuna xierqa għal min irid jagħmel din l-għażla.
Għal aktar informazzjoni żur is-sit https://euroguidance.gov.mt/resources/#1586466675429-681094a3-83ce
Informative Material for students of Yr 11
The Career Guidance Teachers at the National School Support Services (NSSS), have prepared some informative material aimed at helping students of Year 11 make their choice after secondary education. These resources range from appreciating one’s qualities to the prospectuses of post-secondary institutions. Although intended for students, this material should also serve as an invaluable source for all those people, such as parents and also practitioners, wanting to be better equipped to help those who have to make their choices.
For more information visit https://euroguidance.gov.mt/resources/#1586466675429-681094a3-83ce