EducationMinistry for Education

Delegazzjoni Libjana f’Malta għal taħditiet dwar kooperazzjoni fis-settur edukattiv

Wara ż-żjara li Delegazzjoni Maltija, immexxija mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u għall-Edukazzjoni kellha fi Tripli f’Diċembru 2020, il-bieraħ, il-Ħamis 28 ta’ Jannar,  kellna jum intensiv ta’ laqgħat ma’ delegazzjoni Libjana f’Malta. Bħala riżultat ta’ jum ta’ laqgħat, intlaħaq qbil u ġie ffirmat Memorandum of Understanding dwar it-tagħlim  fl-iskejjel u t-tħejjijiet tal-għalliema, il-koperazzjoni u skambji bejn l-Universita’ ta’ Malta u l-Universita’ ta’ Tripli, u s-sapport fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tekniku.