EducationMinistry for Education

Iffirmati Ftehim Settorali u Memorandum of Understanding li ser ikomplu jtejbu s-Servizzi għall-Istudenti

Illum, 2 t’Awwissu 2021 ġew iffirmati Ftehim Settorali u Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Malta Union of Teachers. Dan il-Ftehim u l-MOU ser ikomplu jtejbu l-kundizzjonijiet tal-impjegati preżenti u dawk li għad jidħlu fis-servizzi għall-istudenti.

Fuq kollox dan it-titjib ser ikompli jtejjeb is-servizzi li jingħataw l-istudenti fl-iskejjel tal-Istat.

Is-servizzi għall-istudenti jibqgħu fost il-prioritajiet għall-Ministeru għall-Edukazzjoni. Wara l-ftehim settorali tal-2018 li ġab titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u fis-salarji tal-gradi tal-għalliema, issa l-impjegati fis-servizzi għall-istudenti  ser igawdu huma wkoll minn titjib fis-salarji u fil-kundizzjonijiet tagħhom.

Dan il-Ftehim Settorali u l-MOU għandhom id-data effettiva mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2023 u qed iġibu titjib fl-istruttura tal-Gradi u fil-progressjoni tal-professjonisti fis-settur. Permezz tal-Ftehim Settorali u tal-MOU:

  • Education Support Practitioner (ESP)
    • Qabel dan il-Ftehim u MOU kien jidħol fi skala 10 u jasal sa skala 9
    • Għall-ewwel darba l-ESP jista jipprogressa sa skala 8
    • Għall-ewwel darba ESP li jikseb kwalifika relevanti fil-livell MQF 7 jipprogressa fil-grad ta’ Senior Education Support Practitioner (SESP)
    • Għall-ewwel darba ser jibbenefika minn Allowance tal-Klassi
    • Għall-ewwel darba ser jibbenefika minn Allowance għall-Iżvilupp Professjonali Kontinwu
    • Għall-ewwel darba ser jibbenefika minn Disturbance Allowance li jista’ jwassal sa 8% tas-salarju bażiku

  • Senior Education Support Practitioner (SESP)
    • Qabel dan il-Ftehim u MOU kien jidħol fi skala 8 u ma jipprogressax
    • Għall-ewwel darba l-SESP jista’ jipprogressa għal skala 7
    • Għall-ewwel darba ser jibbenefika minn Allowance tal-Klassi
    • Għall-ewwel darba ser jibbenefika minn Allowance għall-Iżvilupp Professjonali Kontinwu
    • Għall-ewwel darba ser jibbenefika minn Disturbance Allowance li jista’ jwassal sa 8% tas-salarju bażiku

  • Principal Education Support Practitioner (PESP)
    • Qabel dan il-Ftehim u MOU kien jidħol fi skala 7 u ma jipprogressax
    • Għall-ewwel darba l-PESP jista’ jipprogressa għal skala 6