L-Aġenzija Żgħażagħ nediet il-programmi ta’ ħiliet tal-ħajja għas-sajf li ġej, bit-tema ‘Dive into Summer’. Dawn il-programmi huma mmirati għal żgħażagħ bejn it-12 u s-16-il sena u se jkunu mwassla liż-żgħażagħ f’erba’ lokalitajiet differenti: Santa Venera, l-Imsida, il-Birgu u Għajnsielem. Dawn is-programmi huma bla ħlas. B’kollox l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun qed tipprovdi 15-il programm li se jiffukaw fuq żewġ aspetti prinċipali: diversi ħiliet tal-ħajja u tranżizzjoni skolastika.
Kull programm se jkun qed jitratta diversi temi, fosthom, kreattivita, ħsieb krititku, ħarsien tal-ambjent, żvilupp ħolistiku u personali, permezz tal-midja soċjali, drama, sistemi virtwali, poddati u oħrajn.
Għal aktar informazzjoni tista’ iżżur din il-ħolqa: https://youth.gov.mt/wp-content/uploads/2024/05/Dive-Into-Summer.pdf
Sabiex tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, tista’ jżur din il-ħolqa: https://forms.office.com/pages/responsepage.aspx?id=9dnNNLhdvEmsugH2XMpoDd6rXM0pqTxKpLlUcIjWDqhUQUFOSVEyNlQzVkJMN1dVVVZESkI0MDlJSC4u
Banner