EducationMEYRNational Literacy Agency

Xalata ta’ Kitba fid-Domvs Romana, l-Imdina

Esperjenza ta’ kitba għall-gost fi fdal arkeoloġiku misjub b’kumbinazzjoni!

L-eżerċizzji tal-kitba waqt ix-Xalata ta’ Kitba fid-Domvs Romana, l-Imdina, għenu lill-istudenti jistħajlu lilhom infushom artisti jagħmlu l-mużajk u ġurnalisti jirrapportaw sejba ta’ fdalijiet.

Minħabba r-rispons qawwi li kellna, din ix-Xalata saret darbtejn; nhar is-Sibt, 27 t’April u nhar is-Sibt, 11 ta’ Mejju, ma’ tfal ta’ bejn 7 snin u 11‑il sena u l‑ġenituri/kustodji tagħhom. Ix-Xalata saret mill‑Aġenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu, bis-sehem ta’ Heritage Malta u Merlin Publishers. Narawkom fix‑Xalata ta’ Kitba li jmiss!