Matul is-sena skolastika 2021-2022, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda toffri l-programm ‘Gost il-Qari / The Pleasure of Reading’ maħsub għall-klassijiet mit-tielet sas-sitt sena tal-primarja.
L-għan tal-programm huwa li jħeġġeġ lit-tfal jaqraw għall-gost u jiżviluppaw il-ħiliet kritiċi u espressivi tagħhom. Waqt is-sessjoni tinqara storja jew aktar mill-animaturi tal-Aġenzija, u jsiru attivitajiet imnebbħin minn ktieb. It-tfal jiġu mistiedna jinterpretaw l-istorja u jiddiskutuha. Hekk ikunu qed iħaddmu l-immaġinazzjoni u l-ħsieb analitiku u kritiku tagħhom. Is-sessjonijiet isiru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.